X’impatt se tħalli l-istorja ta’ Karen?

Karen

L-istazzjon Melita More, Channel 315 matul din il-ġimgħa se jkompli jwassal aktar puntati mis-sensiela Division7, b’epiosdji kemm mill-5 u anki s-6 staġun. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b’ġurnata fl-episodji li jixxandru matul din il-ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-7.45pm.

It-Tnejn 27 ta’ April

X’impatt se tħalli fuq il-priġunieri l-oħrajn l-istorja ta’ Karen? U Troy u Sarah, wara dak li għamlu, se jiġu mwiddba minn xi ħadd? Jew se jgħadduha lixxa? Kif se jibqgħu issa Fr Rene u ommu? X’se jiġri ma’ Ray? Min jiġi eżattament dak ir-raġel? Huwa missier Fr Rene jew le?

It-Tlieta 28 ta’ April

Kif se jkomplu l-affarijiet bejn Terez u n-Niċċa? X’jonqosha aktar tgħidlu apparti dak li diġa’ qaltlu? Fejn se jaslu l- investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward Franġisku? Se jaslu x’imkien? Se jsibu xi provi issa li sabu l-avukat mgħerreq fil-baħar? Fr Rene u ommu, se jiskopri jekk Ray huwiex missieru jew le?

L-Erbgħa 29 ta’ April

Therese spiċċatilha d-droga li ġabitilha Vicky. X’se jerġa’ jiġri issa? Se ġġibilha aktar Vicky? Jew se jsibu mod kif jevitaw milli terġa’ titlobha aktar? Kif se joħodha n-Niċċa din il-biċċa xogħol? Se jirriskja li Therese tikxef lil Bjorn? Jew jibqa’ jġibilha d-droga kif trid hi?

Il-Ħamis 30 ta’ April

L-ewwel puntata mis-sitt staġun: Franġisku ħeles minn Dun Ġwann. Issa xogħol il-Pulizija jipprovaw jaslu għalih. X’se jsibu quddiemhom li forsi jwassalhom għalieh? Miss Chewy wkoll ħelset mill-ħallelin Taljani. X’se tagħmel b’Lorenzo? X’inhu l-pjan li għandha għalih?

Il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju

X’se jiġri issa li Fanġisku ħeles minn Dun Ġwann? Din hija r-raba’ vittma tiegħu fi tlett ijiem, x’se jkun il-pass li jmiss min-naħa tiegħu u speċjalment min-naħa tal-Pulizija? Se jirnexxielhom jaslu x’imkien permezz tal-ħjiel li ħalla Franġisku? X’sar minnu t-tielet Taljan li Miss Chewy ma qatlitx? X’inhu l-pjan tagħha?

Division 7 għandha produzzjoni ta’ DBA Entertainment.