Xi trid tistaqsi lil Robert Abela?

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Laburista Robert Abela qed jikkontesta lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista. Abela jekk elett, isir ukoll Prim Ministru, kariga li tagħmel differenza kemm għal-Laburisti kif ukoll għal dawk li mhumiex.

Newsbook.com.mt u 103 qed jagħtuk iċ-ċans li ssir taf aħjar x’għandu f’moħħu Abela waqt li tistaqsih dak li trid inti.

Ibgħat il-mistoqsijiet, il-kummenti, is-suġġerimenti u l-ideat tiegħek fuq ask@newsbook.com.mt u dawn nagħmluhom lil Dr Robert Abela waqt intervista li se tixxandar LIVE nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fl-4pm fuq Newsbook.com.mt u fuq l-istazzjon tar-radju 103 l-għada s-Sibt fid-9.00am.

Fl-imejl li tibgħatilna importanti li tidentifika ruħek magħna, iżda jekk trid li ismek ma jissemmiex waqt il-programm, infurmana u ma nsemmuhx. Il-mistoqsijiet jew kummenti tiegħek jiġu ttrattati b’kunfidenzjalità sħiħa jekk dak ikun li tixtieq inti.

Il-mistoqsijiet u l-kummenti li ma nilħqux nagħmlu fil-programm ngħadduhom lil Dr Abela biex nassiguraw ruħna li leħnek jasal għandu.

Ċans biex tibgħat il-mistoqsijiet, kummenti jew suġġerimenti tiegħek sal-Ġimgħa f’nofsinhar.

Ibgħat imejl fuq ask@newsbook.com.mt jew ikkummenta hawn taħt.