Xi trid tistaqsi lil Dun Mario, il-Kardinal Elett?

Miguela Xuereb

Read in English.

Nhar it-Tlieta Newsbook.com.mt se jirrekordja intervista esklussiva mal-Kardinal Elett l-Isqof Mario Grech, li huwa l-ewwel Kardinal mid-djoċesi ta’ Għawdex.

Aktar tard jitħabbar meta se tixxandar l-intervista li Fr Joe Borg u Sylvana Debono se jagħmlu mal-Isqof Grech.

Kien il-Ħadd 25 ta’ Ottubru meta l-Papa Franġisku ħabbar li l-Isqof Mario Grech, li huwa s-Segretarju tal-Isqfijiet, se jinħatar kardinal.

Il-qarrejja ta’ Newsbook.com.mt jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet tagħhom sat-Tnejn fis-6pm. Il-mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq ask@newsbook.com.mt.