Xi trid tistaqsi lil Dr Adrian Delia?

Intervista LIVE nhar is-Sibt li ġej

Adrian Delia PN
Ritratt: FB.com/AdrianDeliaPN

Read in English.

Nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju bejn id-9am u l-10am il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Adrian Delia se jkun il-mistieden tal-programm Newsbook Hour fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart, li jixxandar ukoll fuq Newsbook.com.mt.

Matul il-programm Dr Delia jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-preżentatur tal-programm Fr Joe Borg.

Kemm is-semmiegħa ta’ 103 Malta’s Heart kif ukoll il-qarrejja ta’ Newsbook.com.mt jistgħu wkoll jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Kap Nazzjonalista billi jibagħtu imejl fuq ask@newsbook.com.mt.

L-imejls għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa f’nofsinhar.