Xi trid tistaqsi lil Chris Fearne?

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jrid isir Mexxej tal-Partit Laburista. Jekk int Laburist, min ikun mexxej tagħmillek differenza? Iżda Fearne, jekk elett, isir ukoll Prim Ministru. Jekk inti Malti x’jaħseb u xi jrid jagħmel Fearne għandu jinteressak mill-qrib għax jagħmillek differenza.

Newsbook.com.mt u 103 qed jagħtuk iċ-ċans li ssir taf aħjar x’għandu f’moħħu Fearne, u lil Fearne jagħtih iċ-ċans ikun jaf x’taħseb int.

Ibgħat il-mistoqsijiet, il-kummenti, is-suġġerimenti u l-ideat tiegħek fuq ask@newsbook.com.mt u dawn nagħmluhom lid-Deputat Prim Ministru waqt intervista li se tixxandar LIVE nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru fl-4pm fuq Newsbook.com.mt u fuq l-istazzjon tar-radju 103 l-għada s-Sibt fid-9.00am.

Fl-imejl li tibgħatilna importanti li tidentifika ruħek, iżda jekk trid li ismek ma jissemmiex waqt il-programm allura ma jissemmiex. Il-mistoqsijiet jew kummenti tiegħek jiġu ttrattati b’kunfidenzjalità sħiħa jekk dak ikun li tixtieq inti.

Il-mistoqsijiet u l-kummenti li ma nilħqux nagħmlu fil-programm ngħadduhom lid-Deputat Prim Ministru biex nassiguraw ruħna li leħnek jasal għandu.

Ċans biex tibgħat il-mistoqsijiet, kummenti jew suġġerimenti tiegħek sal-Ġimgħa f’nofsinhar.

Fl-imejl tiegħek, importanti li tidentifika ruħek iżda jekk inti trid ismek ma jissemmiex waqt il-programm allura ma jissemmiex. Il-mistoqsijiet jew kummenti tiegħek jiġu ttrattati b’kunfidenzjalità sħiħa jekk dak ikun li tixtieq inti.

Il-mistoqsijiet u l-kummenti li ma nilħqux nagħmlu fil-programm nagħdduhom lid-Deputat Prim Ministru biex nassiguraw ruħna li leħnek jasal għandu.

Għandek ċans biex tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek sal-Ġimgħa f’nofsinnhar.

Ibgħat imejl fuq ask@newsbook.com.mt jew ikkummenta hawn taħt.