Ara liema toroq se jkunu magħluqin fi tmiem il-ġimgħa

Minħabba l-attività Mdina Grand Prix 2019, Transport Malta ħabbret bidliet fl-immaniġġjar tat-traffiku għal tmiem il-ġimgħa.

It-12-il edizzjoni ta’ din l-attività ddedikata lill-karozzi klassiċi tinkludi sewqan f’ċirkwit f’toroq imserrpin ’il barra mill-Imdina u għalhekk nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej xi wħud mit-toroq tal-inħawi se jkunu magħluqin għat-traffiku. Fost l-oħrajn mhux se jkun hemm aċċess għall-bypass tal-Imtarfa u għalhekk is-sewwieqa għandhom isibu toroq alternattivi.

Sabiex tkun imnaqqsa l-konġestjoni tat-traffiku, se jkun hemm ukoll servizz ta’ Park & Ride li jwassal sal-Villa Rumana. Is-servizz tas-Sibt jitlaq mill-Pitkalija waqt li dak tal-Ħadd se jitlaq mill-Model Aircraft Flying Site ta’ Ta’ Qali

Il-mappa tindika t-toroq li se jkunu magħluqin nhar is-Sibt u l-Ħadd.

Tista’ tara l-mappa minn hawn.