Xi tfisser li tkun waħdek?

Is-Solitudni huwa s-suġġett li Christine Delicata ser titkellem dwaru ma’ Dr Andrew Azzopardi fil-programm tal-lejla ta’ Sensilhena.  

Is-solitudni tfisser li tkun waħdek? Tfisser li m’għandekx ma’ min titkellem?  Jew huwa suġġett  li xi kultant kważi nibżgħu nitkellmu dwaru? 

Xi żmien ilu kienet saret riċerka mill-Università ta’ Malta dwar dan is-suġġett.  X’ħareġ?  Min hu l-aktar vulnerabbli? 

Dwar dan is-suġġett Christine Delicata titkellem mal-mistieden tagħha waqt l-edizzjoni tal-lejla ta’ Sensilhena li jixxandar fuq TVM2 fit-8.15pm.

Hilary Spiteri ser jitkellem dwar skulturi fil-Muża St Anthony the Abbot filwaqt li Fr Frankie Cini jagħmel l-aħħar clip dwar dan is-suġġett.

Sensilhena għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ Cpi media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Dan il-programm ġie rrikordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet  mid-dipartiment tas-saħħa.