Xi tfisser il-festa tat-Trinità Qaddisa?

Fil-programm ta’ llum ta’ Il-Kelma li jixxandar fuq One fil-11.30am, Antonella Galea Loffreda se tkun qed titkellem ma’ Nikol Baldacchino u ma’ Joseph Pellicano dwar il-festa tat-Trinità Qaddisa. Xi tfisser din il-festa? Tliet Allat f’Alla wieħed… Alla l-Missier, Ġesù l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu?

Misteru li mhux faċli li wieħed jifhmu, imma li tajjeb li nkunu nafu fuq xiex qed nitkellmu meta naqraw l-Evangelju skont San Ġwann, Kapitlu 3 versi 16 sa 18. Għalkemm eħfef nirrelataw ma’ Ġesù, għax hu bniedem bħalna, minkejja li kien ukoll Alla, tajjeb li nitolbu lill-Missier u lill-Ispirtu s-Santu li jnebbaħna kif għandna ngħixu u nieħdu d-deċiżjonijiet.

Matul Ġunju, Fr Jesmond Micallef OFM Cap se jagħti spjegazzjoni tal-Evanġelju mil-lat bibliku waqt li Fr Louis Mallia jkompli bir-rubrika tiegħu dwar l-qaddisin tal-ġimgħa.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.