Xi tfisser din il-bandiera fil-Gżira?

Il-Kulleġġ ta’ Stella Maris illum fakkar b’mod uniku t-300 mitt sena mill-mewt tal-fundatur San Ġwann Battista De La Salle.
Dalgħodu ttellgħet bandiera mal-arblu prinċipali tal-iskola li hi magħmula minn 48 bandiera żgħira.
Id-disinn ta din il-bandiera sar minn Ishmael Cocker waqt li l-ħjata u t-tkabbir tad-disinn saru minn Mario Calleja.
Ix-xoghol taż-żebgħa kien fdat f’idejn l-membri tal-istaff flimkien mal-istudenti tal-iskola sekondarja u dik primarja.