Xi pjanijiet hemm għaċ-childcare centres?

Dr Tanya Melillo, konsulent għas-Saħħa Pubblika qalet li għaddejjin ħafna diskussjonijiet dwar meta u kif se jiftħu ċ-childcare centres.

Hi u twieġeb għal mistoqsija dwar x’se jiġri fid-dawl li ħafna se jkunu qed jirritornaw għax-xogħol filwaqt li ħafna ħwienet qed jiftħu, Dr Melillo saħqet li ċerti deċiżjonijiet għadhom ma tteħdux.

“Iċ-childcare centres bħall-iskejjel, ‘il quddiem iridu jinfetħu wkoll. Għadu kmieni wisq”, saħqet Melillo filwaqt li fakkret li għalissa t-tfal m’għandhomx imorru għand in-nanniet. “Din hija problema diffiċli, għadna ma sibniex soluzzjoni” temmet tgħid.

Rappurtaġġ Addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn