Xi lokalitajiet mingħajr ilma

Ħsarat fil-mejn tal-ilma li kkaġunaw ħsarat oħra, wasslu biex diversi lokalitajiet spiċċaw bla provvista tal-ilma.
Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Huwa qal li bħalissa l-provvista hi sospiża fil-Birgu, fl-Isla, f’Bormla, il-Kalkara u Wied il-Għajn. L-ilma mistenni lura llum waranofsinhar.
Ir-rappreżentant tal-Korporazzjoni spjega wkoll kif matul il-lejl ma kienx hemm provvista f’Ħal Tarxien u l-Fgura. Kollox ġie għan-normal fl-4am.
Wara li tranġaw il-ħsarat li affettwaw dawn iż-żewġ lokalitajiet, nstabu xi ħsarat oħra fil-mejn u għaldaqstant kellu jieqaf is-servizz f’lokalitajiet oħra.