Xi lokalitajiet Għawdxin bla dawl

Marsalforn u partijiet mix-Xagħra u ż-Żebbuġ huma bla dawl.

Uffiċjal tal-Enemalta kkonferma li kawża ta’ ħsara teknika għall-ħabta tad-8.45pm dawn it-tliet lokalitajiet ġew affettwati.

Il-ħsara mistennija tiġi rranġata fil-ħin li ġej bil-provista tal-elettriku mistennija terġa’ lura għan-normal qabel nofsilejl.