Xi lokalitajiet f’Malta bħalissa jinsabu bla dawl.
Kelliem għall-Enemalta qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm “high tension fault”, li tfisser problema li taffettwa “żona kbira”.
Ħaż-Żebbuġ, l-Imrieħel, u Birkirkara ġew affettwati. Jista’ jkun li xi lokalitajiet oħra wkoll huma bla dawl.
Skont l-Enemalta l-problema tista’ ddum bejn ftit minuti sa tliet sigħat biex tissolva.