Xi lokalitajiet bla dawl fit-toroq

Il-Ħamrun u Ħal Luqa qegħdin bla dawl fit-toroq tagħhom, sorsi infurmaw lil Newsbook.com.mt. 

Enemalta kkonfermat ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet li qed taħdem fuq il-problemi bid-dawl fil-Ħamrun, fejn id-dawl telaq fi Triq Farsons u nħawi oħra.

Għalkemm l-Enemalta ma kkonfermatx li f’Ħal Luqa wkoll telaq id-dawl, sors qal li t-triq għall-ajruport tinsab bla dawl.