Xi jmiss issa għal Bethlehem f’Għajnsielem?

Minkejja li l-Milied għadda u mar, Bethlehem f’Għajnsielem fadallu biċċa xogħol oħra għal tmiem din il-ġimgħa.

Fi stqarrija l-organizzaturi spjegaw li bħala parti mit-tradizzjoni f’Jum l-Epifanija issir l-attività tas-Slaten Maġi. It-tluq se jsir għada fl-10.30am mill-Birgu. Dakinhar, it-Tliet Rejiet se jaqsmu bid-dgħajsa tradizzjonali għax-Xatt tal-Belt Valletta, il-Ħamrun u Raħal Ġdid.

Imbagħad, il-Ħadd, f’jum l-epifanija, fit-8.30am, il-Maġi se jduru madwar it-toroq medjevali tal-Imdina u wara jibqgħu sejrin il-Mellieħa fid-dar tal-anzjani. Huma se jżuru wkoll attività fil-Pjazza tal-Mellieħa fejn issir il-laqgħa ma’ Erodi.

It-Tlett Slaten Maġi mbagħad jitilqu biż-żwiemel lejn iċ-Cirkewwa sabiex eventwalment jaslu Għawdex għall-ħabta ta’ 3pm. Mill-Port tal-Imġarr huma jibdew l-aħħar vjaġġ u d-dħul trijonfali ġewwa Bethlehem f’Għajnsielem sabiex jaduraw u joffru r-rigali lil Bambin Ġesu. Dan jwassal għal għeluq tal-11-il edizzjoni ta’ din l-attività.

Tista tara l-programm dettaljat minn hawn:

Is-Sibt 4 ta’ Jannar 2020

  • 10:30-13:30 – Attivita fil-Birgu (L-attivita tibda f’ Couvre Porte)
  • 14:00 – Wasla l-Valletta Waterfront (minfejn jitilqu lejn il-Ħamrun biż-żwiemel)
  • 16:00-17:30 – Attivita fil-Ħamrun (quddiem is-Santwarju tas-Samra)
  • 18:30-20:00 – Attivita ġewwa Paola (fil-pjazza Ewlenija)

Il-Ħadd 5 ta Jannar 2020

  • 08.30 – Il-Maġi jidħlu l-Imdina
  • 11:00- Żjara dar tal-Anzjani fil-Mellieħa
  • 11.45 – 12:30 – Attivita fil-Mellieħa (laqgħa tal-Maġi ma’ Erodi fil-pjazza)
  • 12:30 – Il-Maġi jitilqu mill-Mellieħa lejn iċ-Ċirkewwa
  • 14:15 – Il-Maġi jaqbdu l-vapur lejn Għawdex 16:00 – Il-Maġi jaslu f’Bethlehem f’Għajnsielem