Xi jfisser it-8 kmandament?

Waqt il-programm tal-lum mis-sensiela JienInt, Francesca Polidano titkellem ma’ Fr Karl Sultana u ma’ Robert Farrugia dwar it-8 Kmandament La Tixhidx ħaġa b’oħra.

Xi jfisser dan il-kmandament? Li titkellem dwar ħaddieħor anke jekk ma tkunx qed tgħid il-verità, jaqa’ taħt dan il-kmandament ukoll? Qabel ma tibda d-diskussjoni Francesca titkellem magħhom biex insiru nafuhom aktar.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI Media b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp. Jixxandar fuq Net illum is-SIbt fil-ħin ta’ 4.30pm.

Dan il-programm kien irrekordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet mid-dipartiment tas-saħħa.