Xi ħaddiema tal-Wasteserv mhux jitħallsu kif suppost –UĦM

Il-UĦM qalet li ċertu ħaddiema tal-Wasteserv li daħlu fl-aħħar xhur mhux qed jirċievu ħlasijiet li huma intitolati għalihom skont il-ftehim kollettiv.
Fi stqarrija l-UĦM ħabbret li se tkun qed tirreġistra tilwima industrijali mal-Wasteserv u li qed titlob laqgħa mad-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg (DIER) bl-iskop “li jiġu indirizzati dawn l-inġustizzji”.
Fi stqarrija, il-unjin qalet li flimkien mal-kumpanija rnexxielhom jindirizzaw id-diskriminazzjoni bejn ħaddiema tal-Wasteserve u dawk tal-kuntrattur li qed jagħtu servizz f’din il-kumpanija.
Il-UĦM stqarret li diġà ressqet xi lmenti mal-management tal-istess kumpanija u skont il-unjin ġew indirizzati wħud minn dawn in-nuqqasijiet.
Skont l-UĦM, “iż-żieda fil-ħaddiema fil-Wasteserv, jew ta’ ħaddiema mal-kuntrattur, m’għandhiex tkun skuża biex jitnaqqru l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.”