Xi ġralha Janice?

Wara li lbieraħ ma xxandarx Sorelle, illum il-Ħamis se jixxandru żewp puntati wara xulxin ta’ din il-produzzjoni ta’ Rewind b’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Fl-ewwel puntata tal-lum se naraw lil Jodi tinsisti ma’ Angela biex tgħid lil Malcolm dak kollu li kienet għaddiet minnu. B’hekk dan ikun jista’ jgħinha. Iżda x’se tagħmel Angela? Se tgħid lilu wkoll jew ma tħosshiex komda?

Malcolm x’se jgħidilhom dwar Louisa? Silvio iċempillu. Xi jrid jgħidlu?

X’se jiġrilha Janice?

Fit-tieni puntata li se tixxandar illum Bella tmur tfittex lil Janice l-uffiċċju tagħha. Kif sabitha? Jispiċċaw biex jitkellmu dwar il-passat. X’se tgħidilha ommha li kien ġara fl-imgħoddi?

L-aħwa u Malcolm jiltaqgħu d-dar ta’ Jodi biex jitkellmu fuq Jodi u Samantha. Iżda Jodi tixtieq tkellimhom dwar Angela u dak li kien ġralha.

X’se tkun ir-reazzjoni tagħhom?