Xi ġralha eżatt Maya?

Game Over se jkun  qed ikompli llum l-Erbgħa fid-9pm fuq l-istazzjon One hekk kif naraw x’wasal biex Maya tintilef minn sensiha waqt li kienet il-party ma’ Glenn.

Jista’ jkun kien effett tax-xorb li xorbot? Jew li ġralha huwa effett minħabba xi ħaġa oħra? Kif se jirreaġixxi Glenn għal din il-problema li sab ma’ wiċċu?

Elaine tidher qisha qegħda trattab qalbha ma’ Robert u għallinqas irnexxielhom jitkellmu ftit mingħajr ma’ jiġġieldu.

Jista’ jkun dan huwa il-bidu tal-għaqda l-ġdida bejniethom?

Ġużi bl-għajnuna tal-Koy u Sander għandu l-ħsieb li jkisser darba għal dejjem il-familja ta’ Robert. Se jirnexxielu?

Game Over għandu kitba ta’ Jonathan Azzopardi u produzzjoni ta’ DBA Entertainment.