Xhur ta’ investigazzjoni jwasslu għall-arrest ta’ ħalliel

Wara xhur ta’ investigazzjoni, raġel ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ serq aggravat minn dar u ħanut f’San Ġwann u l-Belt Valletta.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-allegat ħalliel qiegħed f’Malta illegalment. Huwa għandu 35 sena u huwa mill-Georgia.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum.