X’ħin mhux se jaħdem il-vapur tal-Gozo Channel?

Hekk kif jiġri fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, is-Servizz tal-Gozo Channel se jiġi sospiż għal xi ħinijiet sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jgawdu l-festi.

Fi stqarrija ġie spjegat li fil-25 ta’ Diċembru u fl-1 ta’ Jannar is-servizz se jiġi sospiż bejn nofsinhar u t-tlieta ta’ wara nofsinhar. Fil-jumejn imsemmija, il-vjaġġi li mhumiex se jsiru huma ta’ 12pm, 12.45pm, 1.30pm, u 2.15pm mill-Imġarr, filwaqt li 12.45pm, 1.30pm, 2.15pm u 3-pm miċ-Ċirkewwa.

Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr ikun fil-11.15am, filwaqt li l-aħħar vjaġġ miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal nofsinhar. Is-servizz mill-Imġarr imbagħad jerġa’ jibda fit-3pm, filwaqt li miċ-Ċirkewwa jerġa’ jibda mill-3.45pm.