X’hemm preparat għall-festa tas-Sajf ta’ San Publju?

Parroċċa San Publju Floriana

Għada se ssir il-festa ta’ San Publju tas-Sajf f’Buġibba. Il-festa se tibda’ b’quddiesa fuq barra fis-7:00pm f’Buġibba.

Wara se ssir purċissjoni bl-istatwa ta’ San Publju li se tiġi akkumpanjata mill-banda. Din se tgħaddi minn mall-front ta’ Buġibba minfejn jidhru l-gżejjer ta’ San Pawl u timxi lejn il-pjazza. Hemm se tkun qed tintemm il-purċissjoni permezz tal-Barka Sagramentali u l-innu ta’ San Publju.

Din il-festa qed issir għat-tielet sena u qed tiġi organizzata mill-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta. L-Assoċjazzjoni hi għaqda volontarja li twaqqfet bil-għan li żżom ħajja d-devozzjoni lejn il-qaddis.