X’hemm mistur fl-imgħoddi ta’ Matthew?

X’ġara minnha Lea? Sully kif qed iħossu? Dawn huma tnejn mill-bosta mistoqsijiet li se tingħatilhom tweġiba waqt l-epiosdju tal-lum mis-sensiela Sorelle li tixxandar fit-3pm fuq TVM.

Felicity tiddeċiedi li tirrakkonta lil Janice ftit mill-passat li kien għadda minnu Matthew.

Minn xiex kien għaddej u x’kien għamel meta kien imsiefer?

X’se tgħidilha dwar it-telefonata li kellha ma’ Matthew? X’kien ġaralu missieru?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba bi produzzjoni ta’ Rewind. Il-puntata ta’ wara nofsinhar ikollha ripetizzjoni dakinhar stess fil-11.25pm u mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.15am.

Is-Sibt jixxandru l-puntati ta’ ġimgħa sħiħa fuq TVM2 mill-11am ‘il quddiem.