X’hemm miktub fl-ittra li Winnie sabet fuq il-mejda?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa se niskopru x’kien hemm miktub fl-ittra li Winnie sabet fuq il-mejda? Etienne ikellem lil Chris dwar dak li xtaq Frankie. X’se jgħidlu Chris u għaliex jinsab tassew irrabjat?

Għaliex Brenda u Kristianne jibdew jiġġieldu bejniethom u x’se jmur jagħmel għandhom Karl?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

L-episodju tal-lum ikollu repetizzjoni nhar it-Tnejn fl-10.15am.