X’hemm komuni bejn George Clooney u Tony Blair?

Hemm baħar jaqsam bejn il-personaġġi George Clooney u Tony Blair: wieħed Amerikan, l-ieħor Ingliż, wieħed attur u forsi iżjed komiku, l-ieħor politiku, għalhekk kemxejn iżjed serju… Iżda minbarra l-fama tagħhom, iż-żewġ personaġġi għandhom xi ħaġa oħra komuni… għeluq sninhom. Propju llum jagħlqu żmienhom.

L-attur George Clooney illum jagħlaq 58 sena, filwaqt li l-eks Prim Ministru tar-Renju Unit Tony Blair jagħlaq 66 sena. Taħsbu li jidhruhom?

Image result for george clooney 2019
Image result for tony blair 2019

Apparti dawn, kieku għadhom ħajjin, għandhom għeluq sninhom ukoll l-attur u direttur Amerikan Orson Welles, il-ġgant tal-psikanaliżi Sigmund Freud, u l-avukat Franċiż Maximilien Robespierre.

Int taf lil xi ħadd li għandu għeluq sninu llum?