X’hemm komuni bejn By the Rivers of Babylon u l-istudji tal-Bibbja?

Ir-Reception History, metodu ġdid u riċenti li qed jintgħażel minn studjużi u teologi dwar l-istudju Bibbliku kien il-qofol ta’ laqgħa li saret fil-ġimgħat li għaddew fil-Kampus tal-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta.
Il-laqgħa kellha t-tema Biblical Studies on Holiday? – A New Approach to Reading the Bible u tmexxiet mill-Professur Susan Gillingham.
Il-metodu ġdid ta’ esiġenzi jikkunsidra l-mod ta’ interpretazzjoni ta’ kif popli rċevew u għexu t-testi Bibbliċi fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum u fiċ-ċirkustanzi taż-żminijiet.
Prof. Gillingham spjegat il-metodu u tat ukoll eżempji konkreti. Fost l-oħrajn semmiet Salm 137, u kif dan intuża matul is-snin, fosthom permezz tal-opra tas-Seklu 19 – Nabucco ta’ Giuseppe Verdi u kontemporanjament il-famuża kanzunetta tal-1969 By the Rivers of Babylon tal-grupp Ġamajkan The Melodians.
Il-laqgħa ġiet organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (Għ.S.T.) b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u l-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi.