X’hemm jistenna għall-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri s-sena d-dieħla?

Ġiet introdotta pjattaforma ġdida biex tipprepara l-istudenti għas-sena skolatika li ġejja. Il-pjattaforma nextyear.edu.mt toffri lill-istudenti kif ukoll lill-ġenituri bl-informazzjoni neċessarja.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo nieda l-pjattaforma bil-għan li jagħti stampa ċara lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema permezz ta’ informazzjoni utli ta’ x’jistennew fis-sena skolastika li jmiss.

Is-sit elettroniku jkopri l-iskola obbligatorja minn Kinder 1 sas-Sena 11 (Form 5).

Kull sezzjoni hija paġna għal kull sena, fejn wieħed isib ħames sezzjonijiet ewlenin f’kull waħda. Dawn huma:

  1. Video minn edukatur li jispjega dak li wieħed jista’ jistenna fis-sena partikolari li tkun għażilt.
  2. Informazzjoni li tkopri l-iktar aspetti importanti tas-sena bħall-kurrikulu, kif il-ġenituri jistgħu jinvolvu ruħhom kif ukoll xi għażliet akkademiċi li jridu jsiru f’dik is-sena partikolari.
  3. Taqsima b’mistoqsijiet frekwenti li kontinwament tiġi aġġornata.
  4. Taqsima fejn jistgħu jiġu ssottometti mistoqsijiet jew suġġerimenti.
  5. Kif ukoll taqsima ta’ informazzjoni bid-dettalji ta’ kuntatt personalizzati għal-Servizzi ta’ Appoġġ mill-Prinċipal tal-Kulleġġ u mill-iskola li attwalment jattendi l-istudent.