2 plejers Svizzeri akkużati bi ksur tar-regoli tal-FIFA

shaqiri_xhaka

Read in English.

Żewġ plejers tal-futbol Svizzeri qed jiġu investigati mill-FIFA rigward iċ-ċelebrazzjoni tagħhom wara l-gowls li skurjaw kontra s-Serbja fil-logħob tat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena.

Granit Xhaka u Xherdan Shaqiri deru jagħmlu sinjali b’idejhom li imitaw l-ajkla b’żewġt irjus fuq il-bandiera Albaniża. Dawn iż-żewġ plejers huma t’oriġini Albaniża, b’għeruqhom propjament mill-Kosovo.

Il-gvern li jieħu ħsieb il-dixxiplina tal-futbol tad-dinja beda bil-proċess dixxiplinarju kontra dawn iż-żewġ plejers li apparentament għamlu sinjal nazzjonali Albaniz.

Il-FIFA ma tagħtix permess għal simboli jew messaġġ politiċi fi ħdan dawn il-kompetizzjonijiet u għalhekk dawn il-plejers jistgħu jiġu projbiti milli jilagħbu żewġ logħbiet jekk ikunu misjuba li kisru r-regoli.

Il-Kosovo iddikjara ruħu bħala indipendent fl-2008 iżda s-Serbia baqgħet ma rrikonoxxietx dan u għalhekk għad hemm tensjoni kbira fir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.