X’għandu x’jaqsam it-trattament tax-xagħar ma’ Ronaldo?

Cristiano Ronaldo, li hu magħruf għal kemm jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, qal li xtaq jiftaħ klinika b’trattamenti għax-xagħar bħala mezz biex jgħin lin-nies jittrattaw il-kundizzjoni tal-alopeċja. Din hija kundizzjoni fejn persuna b’mod parzjali jew inkella totali, jitnaqsilha x-xagħar minn żoni differenti fuq il-ġisem. Minbarra li b’hekk bosta persuni se jkunu jistgħu jiksbu lura l-kunfidenza, qal li biħsiebu jiftaħ il-klinika wkoll biex jagħti spinta lill-ekonomija Spanjola.

Skont il-gazzetta Daily Mirror, il-klinika se timpjega madwar 150 persuna u se tkun qed twettaq medja ta’ 18-il trapjant kuljum, li jvarjaw minn servizzi bħal trattament għal-leħja u l-ħuġbejn. Is-sieħba tiegħu Georgina mistennija li ssir waħda mill-maniġers tal-klinika.