X’għandu x’jaqsam Hamilton mal-burgers tal-ħaxix?

Lewis Hamilton se jniedi l-ewwel katina ta’ ristoranti li jbiegħu burgers magħmula mill-ħaxix. Dan se jkun qed iżid mal-imperu li bena s’issa fin-negozju.

L-istilla tal-Formula 1 qatt ma żamm lura milli jesprimi x’kien is-sigriet tiegħu biex iżomm ruħu tajjeb u attiv. Hamilton diġà għandu l-kollezzjoni tiegħu tal-ħwejjeġ ma’ Tommy Hilfiger u issa qed jitfa’ għajnejh fuq l-industrija tal-ikel. Hu se jkun qed jingħaqad ma’ Beyond Meat, Unicef ambassador u Tommaso Chiabra biex iniedu Neat Burger.

L-ewwel ristorant ta’ din ix-xorta mistenni li jiftaħ fiċ-ċentru ta’ Londra fil-bidu ta’ Settembru u hemm pjanijiet li d-ditta tespandi b’mod globali fi żmien sentejn.