X’għandu jsir aktar biex it-tfal jikbru fit-tagħlim u fil-fidi?

Edizzjoni oħra tal-programm JienInt tixxandar illejla fl-9.50pm fuq l-istazzjon Net.

Francesca Polidano, f’dan il-programm tal-lum ser titkellem ma’ Edward Wright u ma’ Fr Karl Sultana, dwar is-suġġett Knisja, Missjoni, Malta. Edward Wright li għamel snin fil-MUSEUM tkellem b’mod sabiħ ħafna dwar is-snin li għamel jattendi fil-Museum.  Fr Karl, illum huwa d-delegat tal-Isqof għat-tagħlim tal-katekiżmu.

Għalhekk id-diskussjoni ser tiffoka fuq it-tagħlim tat-tfal illum, u x’għandu jsir aktar biex it-tfal jikbru fit-tagħlim u fil-fidi.  Fil-programm ser ikollna features fejn ser insiru nafu aktar dwar San Ġorg Preca minn Daniel Micallef.  Luigi Fenech ser jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-Museum u Roberto Zammit ser jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-Kenya u f’Cuba. 

Programm ieħor interessanti għax mhux biss qed niddiskutu imma wkoll qed insiru nafu fuq bnedmin li għamlu ħafna ġid lil ħaddieħor.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi media, b’direzzjoni Fr Louis Mallia.

JIENINT nhar il-Ħamis 15 ta’ Ottubru fl-21.50 fuq NET TV