X’għandu jfisser din is-sena li Ġesù qam mill-imwiet?

Ġurnata qabel l-Għid Il-Kbir l-istazzjon Net se jkun qed ixandar programm ieħor mis-sensiela JIENINT fil-ħin tal-4.30pm. 

X’għandu jfisser forsi aktar din is-sena il-fatt li Ġesù qam mill-imwiet? F’dan iż-żmien diffiċli li Malta flimkien mal-pajjiżi tad-dinja kollha qed tgħaddi minnu, sinjifikat għandu l-Għid?  Kif għandna ngħixu kull ġurnata ta’ ħajjitna? 

Francesca  titkellmet ma’ Fr Christopher Caruana op u ma’ Bernadette Briffa.  Qabel ma jidħlu fl-istudjos, Francesca tagħmlilhom intervista qasira fejn ser insiru nafuhom ftit aktar.

Il-Produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni Fr Louis Mallia mssp.  Il-programm ikollu repetizzjoni għada l-Ħadd fis-7.30am.

Dan il-programm gie rrikordjat qabel l-istruzzjonijiet li  ngħataw mid-dipartiment tas-Saħħa.