X’għandha ħażin Meghan Markle?

Meghan Markle ta’ 37 sena dehret eleganti ħafna f’libsa sewda twila sal-art, filwaqt li telgħat fuq il-palk biex tippreżenta l-premju għall-aqwa disinjatur tal-moda Brittaniku tas-sena.

Id-Dukessa, bħas-soltu kellha makeup sempliċi u li jmur ma dak li kienet liebsa, iżda għamlet ukoll xi ħaġa li mhix tas-soltu. Hija żebgħat dufrejha b’nailpolish skur, jagħti fl-iswed biex jaqbel mal-libsa. Din hija ħaġa rari ħafna li n-nisa rjali jagħmlu dan il-kulur ta’ żebgħa fuq id-dwiefer.

Diversi drabi ntqal li r-Reġina ma tħobbx kuluri skuri fuq id-dwiefer u għalhekk hemm protokol rjali li jiddetta li n-nisa rjali jistgħu jagħmlu żebgħa ċara fuq id-dwiefer, iżda din m’hix regola uffiċjali.