X’għandek tkun taf jekk sejjer tgħum f’pixxina?

Id-Direttorat għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard qed jippubblika listi ssimplifikati sabiex il-pubbliku jkun jista’ jżomm ruħu infurmat dwar x’għandu jagħmel f’xenarji differenti. Hekk kif is-sajf wasal magħna u diversi persuni diġà qed jerħulha lejn il-baħar, id-Direttorat ippubblika lista ta’ x’għandha tkun taf persuna li tiddeċiedi li tmur tqatta’ l-ħin tagħha f’Lido jew pixxina.

Il-punti li għandek iżżomm f’moħħok jinkludu:

  • Bħalissa il-pixxini li jinsabu fuq barra biss għandhom permess li jiftħu.
  • L-istaff fir-reception iridu jkunu lebsin maskra jew visor.
  • Irid ikun hemm sanitiser jew alcohol dispenser f’kull entratura u żona pubblika.
  • Trid issir diżinfettazzjoni kull siegħa ta’ żoni fejn l-aktar ikun hemm kuntatt.
  • In-numru ta’ persuni li jistgħu jżuru t-toilets fl-istess ħin huwa ta’ erba’.
  • Il-pixxina ma jistax ikun hemm fiha aktar minn 50% ta’ kemm normalment tesa’.
  • Trid tinżamm distanza ta’ żewġ metri f’kull direzzjoni bejn kull unit ta’ umbrella u żewġ sunbeds. Dawn jistgħu jitpoġġew biss f’żoni miftuħa madwar il-pixxina.
  • Ma jistax ikun hemm aktar minn persuna waħda fuq kull sunbed.
  • L-attrazzjonijiet tal-ilma ma jistgħux jitħaddmu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn