X’għandek tkun taf jekk dieħel fil-mezz’età

Kull darba li tingħad il-frażi mid-life crisis, f’moħħ dak li jkun jibdew ġejjin ħsibijiet xejn pjaċevoli. Iżda fil-verità din il-fażi hija aktar interessanti u inkoraġġanti milli taħseb;

Attent għax dieħel f’fażi perikoluża!

Propjament, il-mezz’età huwa żmien ta’ transizzjoni. Għal ħafna, din hija bidla li ssir gradwalment u b’mod naturali. Fi kliem ieħor, hija ferm ‘il bogħod minn fażi ta’ kriżi.

Suppost dejjem tkun imdejjaq dwar xi ħaġa.

Dan mhux bilfors. Jista’ jkun li lejn l-aħħar tal-ħajja adulta, wara l-mezz’età, il-prijoritajiet tagħna jinbidlu minn dawk ta’ ambizjoni għal konnessjonijiet aktar b’saħħithom ma’ persuni qrib tagħna. F’nofs din it-transazzjoni, jista’ jkun hemm xi tumbati meta l-valuri l-antiki jaħbtu mal-ġodda li jkunu għadhom ma stabbilixxewx ruħhom tajjeb.

Nuqqas ta’ kuntentizza huwa għal min jaħseb li ma laħaqax biżżejjed fil-ħajja.

Dawk li huma dejjem imdorrijin li jilħqu għanijiet ġodda fil-ħajja, huma l-aktar vulnerabli. Dan għaliex jaf wara li taqbeż il-ħamsinijiet, ċertu għanijiet ikunu aktar diffiċli li tilħaqhom u aktar ma tfalli milli twettaqhom, aktar tħoss li qed tmur lura.

Għandek tistħi dwar dak li għaddej minnu f’dan iż-żmien tal-ħajja.

Din hi xi ħaġa li trid tinbidel. Persuni li għaddejjin minn din il-fażi għandhom bżonn lil min jifimhom. Iridu jisimgħu li dan hu żmien perfettament normali u li mhux qegħdin waħedhom.