X’għandek tagħmel biex torqod aħjar bil-lejl?

Kulħadd għandu bżonn jorqod bejn sitta u tmien sigħat kull lejl. Jekk torqod inqas jew aktar, tkun f’riskju li tikkawża problemi fil-qalb skont studju ġdid maħruġ minn Onassis Cardiac Surgery Centre fil-Greċja.

Jekk ma tafx x’għandek tagħmel biex torqod aħjar bil-lejl hawn taħt se ssib numru ta’ affarijiet li tista’ tagħmel.

  1. Tikkunsmax kafeina wara 12pm. Jidher li jekk imdorri tieħu kafè wara l-ikla ta’ nofsinhar, xorta jista’ jkollha effetti fuq l-irqad.
  2. L-ikla ta’ filgħaxija għandha tkun ħafifa, idealment li jkun fiha ħafna ħaxix u inqas karboidrati u proteina.
  3. Jekk jaqbdek il-ġuħ qabel ma torqod kul ftit karawett jew lewż mhux mielaħ.
  4. Ieqaf uża apparat teknoloġiku li jikkalkulalek l-irqad, speċjalment jekk taf li tista’ tossessjona ruħek bih.
  5. Ixrob meraq taċ-ċirasa hekk kif fih il-meltonin u amino acid tryptophan li jgħinuk torqod aktar malajr u ddum aktar rieqed.
  6. Idra orqod fuq darek hekk kif din il-pożizzjoni hija l-aħjar waħda għal irqad aktar komdu.
  7. Evita li tixrob sagħtejn qabel ma torqod ħalli ma jkollokx għalfejn tqum bil-lejl biex tuża l-kamra l-baxxa.
  8. Għamel 10 minuti Yoga kuljum madwar siegħa qabel torqod.
  9. Ara li t-temperatura tal-kamra tkun madwar 17-il grad.
  10. Itfi l-apparat elettroniku, bħal mowbajls u tablets li jaf jikkaġunawlek problemi biex torqod minħabba d-dawl blu li joħroġ mill-iscreen.
  11. Evita li torqod f’sodda ma’ persuna li tonħor, toħodlok il-liżar jew titqalleb ħafna waqt l-irqad.
  12. Ipprova metodi differenti ta’ kif tieħu n-nifs. Waħda partikolari jgħidula 4-7-8 breath method ta’ esperta Amerikan tal-irqad.
  13. Kun fis-sodda sal-11pm jekk trid tqum fis-7pm, dejjem jiddependi x’ħin trid tqum filgħodu biex tassigura li jkollok tmien sigħat ta’ rqad.