X’għamlu b’100 ħġieġa l-istudenti fil-Ħamrun?

Ġie inawgurat il-proġett The Art of Stained Glass and the Science Behind It fl-iskola Sekondarja tal-Ħamrun li tifforma parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
Dan il-proġett jikkonsisti f’iktar minn 100 ħġieġa, fosthom salib tal-kavallieri ta’ San Ġwann li għamlu l-istudenti u l-għalliema tal-iskola taħt id-direzzjoni tal-artist Carmel Azzopardi. 
Il-ħġieġ huwa esebit fl-entratura tal-istess skola. 
Esebit hemm ukoll profil tal-panorama tal-Belt Valletta kif tidher mill-Port ta’ Marsamxett, maħdum bil-foil.
Lorraine Buttigieg hija l-għalliema li ħadet ħsieb dan il-proġett, li tfassalbil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Valletta 18 u ffinanzjat mill-Kunsill tal-Arti.