X’ġara mill-kanzunetta ta’ Emma Muscat u Biondo?

Kważi xahar wara li Biondo ħabbar fuq Instagram li Emma Muscat se tkun qed tikkollabora miegħu għad-diska li se joħroġ, Cristalli, ħarġet id-diska Strip Club, mit-tieni album tiegħu.

Il-mistoqsija issa hi: “Meta se toħroġ il-kanzunetta Cristalli?”

L-ammiraturi tiegħu ħarġu bit-teorija li Biondo ħabbar din l-aħbar mingħajr ma kkonsulta ma’ Warner Music Italia li joħorġu d-diski ta’ Emma. Oħrajn qed jgħidu li kien hemm xi nuqqas ta’ ftehim bejniethom.

Is-sena l-oħra, Emma Muscat ikkwalifikat biex tieħu sehem fil-programm kompetittiv tat-televiżjoni, Amici u minn dak iż-żmien ‘l hawn, serqet il-qlub ta’ ħafna nies, fosthom tal-għarus tagħha Biondo, rapper Taljan li qed jieħu sehem ukoll f’Amici.

Manadankollu, l-ammiraturi eċitati għall-kanzunetta l-ġdida qed jgħidu li raw indikazzjoni għad-diska Cristalli fuq ritratt li ppostja Biondo fuq Instagram Stories peress li uża emoticon ta’ kristall fir-ritratt.

Din hi ferħa bla temma jew indikazzjoni għad-diska l-ġdida?

Emma Muscat ilbieraħ ħadet sehem fil-kunċert Radio Bruno Estate fi Piazza Maggiore, Bologna.