X’ġara bħal-lum sena fl-ajruport ta’ Malta?

Bħal-lum sena seħħ il-hijack tal-AirBus A320 tal-linja tal-ajru Libjana Afriqijah Airways li niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Abbord it-titjira kien hemm madwar 111-il passiġġier u sitt membri tal-ekwipaġġ. Fl-inċident ma’ kien weġġa’ ħadd.
Iż-żewġ hijackers għadhom qed jistennew li tinqatgħalhom is-sentenza hekk kif il-każ għadu fl-istadju tal-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-Qorti.
X’kien ġara eżatt?
23 ta’ Diċembru 2016
10:10am – It-titjira AAW209 titlaq minn Sebha, Libja
11:30am –  Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat iħabbar li ġie infurmat b’sitwazzjoni ta’ “potential hijack

https://platform.twitter.com/widgets.js

12:30pm – Numru ta’ titjiriet jinżlu f’Katanja minflok f’Malta u mijiet ta’ passiġġieri jistennew fis-sala tad-departures fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
01:15pm –  Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Uffiċju tal-Prim Ministru Kurt Farruga jgħid li l-Prim Ministru tkellem mal-Prim Ministru Libjan Faez al Serraj. Il-passiġġiera ġew infurmati li t-titjiriet kollha ġew ittardjati u numru ta’ titjieriet li niżlu Sqallija bdew il-vjaġġ tagħhom lejn Malta
01:51pm – Jibdew neżlin l-ewwel passiġġieri mill-ajruplan

https://platform.twitter.com/widgets.js

02:50pm – Wieħed mill-hijackers ixejjer bandiera ħadra tal-Libja mill-bieb tal-ajruplan
03:20pm – Il-hijackers jiġu arrestati mis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta

24 ta’ Diċembru 2016
03:59am – Il-passiġġiera tat-titjira li ġiet hijacked tintbagħat lejn il-Libja 

https://platform.twitter.com/widgets.js

25 ta’ Diċembru 2016
12:00pm – Jitressqu l-Qorti ż-żewġ hijackers quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrrera
5 ta’ Jannar 2017
Il-Qorti tordna li l-ajruplan tal-Afriqiyah Airways jiġi rilaxxat
Diċembru 2017
Iż-Żewġ hijackers għadhom jistennew jingħataw s-sentenza tagħhom peress li l-każ fil-Qorti għadu fl-istadju tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-każ mistenni jitkompla f’Jannar.
Skont is-sit LovinMalta, oħt Ali Ahmed Lano Saleh (wieħed mill-hijackers) qalet li ħuha xtaq biss li jaħrab mill-ħajja fil-Libja. Qalet li huwa ltaqa’ mal-hijacker l-ieħor Moussa Shaha Ali Sako għall-ewwel darba fuq l-ajruplan u għenu jwettaq il-pjan tiegħu.
Mistoqsijiet pendenti
Numru ta’ ġurnali u ġurnalisti għamlu numru ta’ mistoqsijiet dwar il-każ. It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet għadhom mhux ċari:

  • Għalfejn il-Pulizija ta’ Malta ma żvelawx l-ismijiet tal-passiġġiera u tal-ekwipaġġ?
  • Għalfejn il-Pulizija ma urewx l-armi foloz li ntużaw waqt il-hijack lill-midja?
  • Għalfejn titjira tal-Alitalia tħalliet titlaq minn Ruma lejn Malta qabel ma’ kien intemm l-inċident?
  • It-titjira intużat biex jiddaħħal xi kuntrabandu f’Malta?

Ritratti: Arkivji