X’ġara bejn Etienne u Frank?

Fit-tieni puntata tas-sitt staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa li se jixxandar illum se naraw x’ġara bejn Etienne u Frank. Naraw ukoll xħin Etienne ħareġ mingħand Carmen lil min se jċempel? Winnie tassew kienet irrabjata għal ommha. X’kien ġaralha?

Sadanittant Gloria ċċempel lil Manwela għaliex kienet inkwetata ħafna. Għaliex se tinħasdet? Kif inhu Robert u Kristianne x’se tgħidlu dwar is-sitwazzjoni li tinsab fiha?

Min se jmur jaraha?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar esklussivament fuq Melita More mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.