Xewkija Tigers ir-rebbieħa tal-BOV GFA Cup 2018

Nhar il-Ħadd 6 ta' Mejju, Xewkija Tigers saru r-rebbieħa tal-BOV GFA Cup 2018. Xewkija kellhom bidu tajjeb fil-finali kontra r-rivali Għajnsielem fejn skurjaw fil-bidu u ddominaw għall-bqija tal-ewwel half.
Ix-xorti tagħhom nbidlet f'nofs it-tieni taqsima meta Għajnsielem ingħataw penalty li wassal ukoll għal tkeċċija għal Xewkija, b'Għajnsielem igibu d-draw u jieħdu l-kontroll tal-partita bis-superjorità numerika tagħhom.
Tkeċċija għal-Għajnsielem reġgħet ġabet il-parità, iżda t-timijiet ma setgħux jiskurjaw, bil-partita tmur għall-ħin barrani.
Għajnsielem kellhom il-ħolma tagħhom li jżommu t-Tazza mkissra, meta żewġ minuti mill-120 minuta, Xewkija sfruttaw ballun fil-kaxxa u tefgħuh fil-lasta ftit qabel intemmet il-partita.
Horace Laudi, Eżekuttiv għal Għawdex għall-Bank of Valletta u Dr Samuel Azzopardi, President tal-Gozo Football Association ippreżentaw it-Tazza tal-BOV GFA llċ-champions il-ġodda.