Xemx u xita, inti taf meta?

Minkejja li bosta donnhom qed jistennew li tfaqqa’ xi maltempata jidher li minn tal-inqas għall-bqija ta’ din il-ġimgħa l-Gżejjer Maltin se jibqgħu qoxqox. Dan hekk kif jidher li l-jiem li ġejjin se jkunu fil-maġġoranza tagħhom xemxin. Dan skont ir-rapport tal-uffiċċju meteoroloġiku ta’ Malta għal din il-ġimgħa.

Jidher li l-aktar ġurnata b’temp ikrah se tkun propju l-Ħamis hekk kif is-sema se tkun fil-maġġorparti msaħħba. Il-Ġimgħa mbagħad se jkun hemm xi ftit sħab.

L-ogħla temperatura jidher li mhux se taqbeż it-30 grad, filwaqt li l-inqas temperatura se tkun dik ta’ 2 grad. L-indiċi UV se jkun jaqleb bejn seba’ u tmienja.