Xemgħat fil-Belt f’għeluq is-sentejn mill-mewt tal-ġurnalist Kuciak

Miguela Xuereb

F’għeluq is-sentejn mill-assassinju tal-ġurnalist Jan Kuciak u t-tfajla tiegħu Martina Kušnírová, fil-Belt Valletta tpoġġew ritratti u xemgħat fuq il-mafkar tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-persuni li poġġew dawn ix-xemgħat qed jitlobu għall-ġustizzja fil-kontront ta’ dawn iż-żewġ persuni.

Jan Kuciak u Martina Kušnírová kellhom 27 sena u nqatlu b’tir, huma kienu qed jippjanaw it-tieġ tagħhom. Dan il-qtil doppju kien wassal għall-ikbar protesti fit-toroq tal-Islovakkja li kienu waslu biex Fico jirreżenja minn Prim Ministru.

F’Diċembru li għadda il-Qorti tas-Slovakkja kunndannat 15-il sena priġunerija lil raġel akkużat li ffaċilita l-qtil tal-ġurnalista investigattiva Jan Kuciak fl-2018.