Xemgħa flok siġra tal-Milied – Laburisti

Miguela Xuereb

Read in English.

Diversi partitarji Laburisti qed ixerdu l-messaġġ bejnithom li minħabba ż-żmien diffiċli li jinsabu fih hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jirreżenja minn Prim Ministru, dan il-Milied ma jżejnux bid-dawl u x-xinxilli iżda tinxtel xemgħa.

Kien propju l-preżentatur tal-programm ‘Pjazza‘ Karl Stagno Navarra li għamel appell biex bħala appoġġ lil Joseph Muscat, kull Laburist għandu jixgħel xemgħa.