Xelters tal-linja: “Responsabbli l-kuntrattur” – Il-Ministru Borg

Miguela Xuereb
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg stqarr li l-manutenzjoni tax-xelters tat-trasport pubbliku huwa f’idejn il-kuntrattur li rebaħ it-Talba għall-Proposti tal-2016, jiġifieri l-kumpanija 356 Holdings Ltd. 
Din il-kumpanija rebħet it-Talba għall-Proposti tal-2016 sabiex tinstalla xelters tal-karozzi tal-linja ġodda. Madanakollu minħabba appell li sar kontra r-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Għażla, il-proċess tal-installazzjoni twal. Huwa stqarr li minn ħames sottomissjonijiet, kienet il-kumpanija 356 Holdings Ltd. li rebħet it-talba.
Dan ġie żvelat wara li l-Membru Parlamentari Robert Arrigo staqsa lill-Ministru għat-Trasport Ian Borg dwar l-ammont ta’ xelters tal-karozzi tal-linja ġodda li saru fl-aħħar 12-il xahar.

Borg spjega li t-Talba kienet tispeċifika dan li ġej:

  1. Li l-kuntrattur ser iwaħħal l-istrutturi bi spejjeż tiegħu.
  2. Il-kuntrattur huwa responsabbli wkoll li jimmantjeni dawn ix-xelters tal-karozzi tal-linja tul iż-żmien tal-kuntratt, mill-ispejjeż tiegħu. Il-manutenzjoni tinkludi tindif, tiswijiet, elettriku u kwalunkwe spejjeż oħra.
  3. Il-kuntrattur iżomm l-introjtu mir-riklamar li jkun iġġenerat fix- xelters tal-karozzi tal-linja li installa.
  4. Transport Malta tkun responsabbli għall-permessi meħtieġa, spejjeż tal-Perit u spejjeż oħra ta’ installazzjoni u infrastruttura.

Minn Mejju tal-2018 sa Mejju tal-2019, ġew installati dawn ix-xelters ġodda:

Lokalità

Numru ta’ xelters li twaħħlu

Marsa1
Fgura4
Qawra/Buġibba2
Qormi1
Triq il-Kosta10
San Ġwann1
Naxxar2
Mosta2
Mtarfa4
Luqa1
Balzan1
Mġarr1
Swieqi1