Xelter tal-gwerra jerġa’ jieħu l-ħajja f’Ħal Qormi

Xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Ħal Qormi se jerġa’ jieħu l-ħajjar permezz ta’ dramm mużikali tal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-grupp tad-drama 4Teenth Productions se jtella’ siltiet magħrufa mill-produzzjoni Jesus Christ Superstar f’dan ix-xelter għal żmien l-Għid taħt id-direzzjoni ta’ David George Camilleri.
Jesus Christ Superstar Shelter Show se ssir nhar l-Erbgħa 12 t’April u Ħamis ix-Xirka fit-8pm, 9pm, 10pm u 11pm u fil-Ġimgħa l-Kbira fid-9am, 10am 11am u 12pm.
Biex tibbukja l-biljetti tista’ ċċempel fuq 79096060.
Ritratt: 4Teenth Productions