Xejn Sqallija sas-Sibt li ġej

Is-servizz bil-katamaran bejn Malta u Sqallija se jkun wieqaf bejn illum u s-Sibt minħabba problemi tekniċi.
Fuq is-sit tal-kumpanija Virtu Ferries intqal li kull min kellu bbukkjat vjaġġ f’dawn il-ġranet għandu jikkuntattjahom fuq 22069022, inkella jistenna sakemm ikun hemm aktar aġġornamenti onlajn mis-sit stess.
Il-kumpanija temmet tiskuża ruħha mal-klijenti tagħha.
Ritratt: Arkivji