​Xejjer il-karta l-ħamra lil erba’ plejers f’daqqa

Ilbieraħ spikkat il-karta l-ħamra mogħtija lil Steven Gerard ta’ Liverpool, wara biss 45 sekonda.
Ilbieraħ ukoll, fil-kampjonat Brażiljan waqt il-logħba bejn Flamengo u Vasco da Gama, ir-referì Joao Batista de Arruda wera l-karta l-ħamra lil erba’ plejers f’daqqa.
Dan wara daħla xejn kumplimentuża li qajmet argument jaħraq bejn il-plejers u r-referì keċċa żewġ plejers minn kull naħa.
L-iskor finali ta’ din il-logħba kien ta’ 2-1 favur Flamengo.