Xeħtu l-kaxxiera mal-art u kissru l-vetrini

Read in English.

Tliet irġiel b’wiċċhom mgħotti ħarbu minn fuq il-post wara li xeħtu kaxxiera mal-art u kissru l-vetrini biex jisirqu.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45pm minn ħanut tal-ġojjellerija fi Triq Bisazza, Tas-Sliema. Intqal ukoll li l-ħallelin irnexxielhom jisirqu u telqu mill-ħanut bil-ġojjellerija.

Bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija u nħatret Inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli.