X’effetti se jkollu l-Pakkett Ekoloġiku?

European Commission President-elect Ursula von der Leyen addresses the European Parliament next to European Commission vice-president Frans Timmermans ahead of a vote of Members of the European Parliament on her college of commissioners, in Strasbourg, France, November 27, 2019. REUTERS/Vincent Kessler

Din l-edizzjoni bdiet b’ kollegament ma’ Christoph minn Newsbook.com.mt bl-aħħar aġġornament tal-aħbarijiet.

Wara tajna ħarsa lejn id-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, kif ukoll dik tal-President tal-Parlament Davide Sassuoli, waqt is-Samit tal-World Economic Forum, fejn din tkellmet dwar l-aspett tat-tibdil fil-klima anke fil-perspettiva tal-European Green Deal li ġiet ippreżentata bħala programm ta’ ħidma għall-Unjoni Ewropea. Dan il-Pakkett Ekoloġiku jinkludi fih kemm l-aspett tal-klima kif ukoll dak ekonomiku.

Tkellimna dwar dan is-suġġett mal-Membru Parlamentari Ewropew, Dr Josianne Cutajar.